Raġel ta' 24 sena kien akkużat illi beda nar f'kumpless ta' garaxxijiet taħt l-art f'Tas Sliema, nhar il-Ħadd li għadda. Residenti fil-viċinanzi kellhom jiġu evakwati, għalkemm ħadd ma kien irrapportat illi weġġa'.
Ir-raġel kien akkużat ukoll illi għamel ħsara lil numru ta' karozzi li kienu ipparkjati.
Iktar minn hekk iżda ma ngħataw ebda dettalji tal-inċident fil-Qorti jew dak li wassal għall-arrest, għalkemm huwa mifhum li r-raġel intgħaraf permezz ta' filmati CCTV li kienu juruh jqabbad BMW.
Ir-raġel - li huwa Rumen u li huwa mastrudaxxa ma ammettiex il-ħtija.