Il-kawża tal-Vitals kontra Joseph Muscat u oħrajn, tibda fit-28 ta' Mejju

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jitressaq quddiem il-Qorti, flimkien ma' oħrajn, fit-28 ta’ Mejju, hekk kif il-Maġistrat Rachel Montebello tibda' tisma' l-kawza marbuta mal-konċessjoni tat-tlett sptarijiet

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat se jidher quddiem il-Qorti, fit-28 ta’ Mejju, biex iwieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Maġistrat Rachel Montebello għażlet it-Tlieta, 28 ta’ Mejju, biex Muscat u oħrajn akkużati b’reat marbuta mal-konċessjoni tat-tlett sptarijiet, jitilgħu jixhdu quddiema.

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat qed ikun akkużat b’ħasil ta’ flus, frodi u tixħim frawdolenti, kif ukoll b’konfoffa biex jitwettaq reat kriminali.

Muscat, flimkien ma’ Konrad Mizzi qed jiffaċċjaw akkużi li aċċettaw tixħim u korruzzjoni f’karigi pubbliċi. 

Keith Schembri jinstab akkużat b’reati relatati mas-solleċitazzjoni ta’ tixħim u abbuż tal-kariga tiegħu biex jagħmel vantaġġ illegali “permezz ta’ theddid jew abbuż ta’ awtorità”.

Il-Pulizija ħarġet l-akkużi kriminali b’rabta mal-inkjesta Vitals it-Tnejn li għadda. Il-persuni akkużati se jitressqu l-Qorti b’taħrika u mhux taħt arrest.

Intant, Chris Fearne, li wkoll qed jaffaċja numru ta’akkużi, irriżenja aktar kmieni illum.

More in Qrati u Pulizija