Konrad Mizzi jgħid li m'għandux x'jaqsam ma' Macbridge

U l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li suppost iwieġeb minflok Simon Busuttil ma deherx fil-Qorti

Konrad Mizzi
Konrad Mizzi

Ilum fil-Qorti l-Ministru Konrad Mizzi reġa ċaħad li jaf ta' min huma jew li b'xi mod għandu kuntatt mal-kumpaniji 17 Black u Macbridge, li minnhom kienu għaddejjin flus għal Hearnville, l-kumpanija fil-Panama li kiebet tal-Ministru Konrad Mizzi. 

Mizzi kien mistoqsi mill-Avukat Peter Fenech dwar Mabridge, imma l-avukat ta' Mizzi Aaron Mifsud Bonnici oġġezzjona għall-mistoqsija u qal illi m'hemmx referenza għal Macbridge fl-affidavit tal-Ministru. L-avukat Grech fakkar illi Macbridge hija marbuta mal-Panama Papers u ppreżenta dokumenti li huma fid-dominju pubbliku li juru dan. 

Il-Ministru iżda, minkejja €150,000 direzzjonata għal kumpanija Hearnville minn Macbridge, qal li ma jaf u m'għandu l-ebda relazzjoni mal-kumpanija li għadha xi ftit ta' misteru.

Macbridge hija l-aħħar biċċa minn ċirku ta' kumpaniji u flus żvelati minn email li ġiet mogħtija lil numru ta' ġurnalist bħala parti minn 'Daphne Project.' Hija msemmija bħala l-kumpanija li flimkien ma' 17 Black minnha għaddew flus għal żewġ kumpaniji fil-Panama, waħda ta' Konrad Mizzi u l-oħra ta' Keith Schembri.

Intant Adrian Delia li kien qed jidher minflok Simon Busuttil,li kontrieh infetaħ il-libell, ma deherx fil-bini tal-Qorti. 

Minflok iżda kien hemm id-Deputati Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, li dalgħodu qed jissemmew f'rapport dwar it-tneħħija ta' Adrian Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. 

More in Qrati u Pulizija