Qorti | Ġenituri jaħfru lil binthom li attakkathom waqt argument

Il-każ seħħ fis-siegħa ta' dalgħodu f'San Ġiljan

Il-Qorti se tkun qed tiddeċiedi s-sentenza li se tagħti lil żagħżugħa ta’ 24 sena li ammettiet li attakkat lil ommha u lil missierha waqt argument li kellha magħhom.

Iż-żagħżugħa qed tkun akkużata li attakkat lill-ġenituri, li kkawżat ġrieħi ħfief lil ommha, li kissret il-paċi pubblika, li marret kontra ordnijiet tal-pulizija u li ma kinitx kapaċi tikkontrolla u tieħu ħsieb lilha nnifisha.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu.

Fix-xhieda tagħhom, il-ġenituri qalu li huma jaħfru lil binthom iżda ġew infurmati li l-Qorti ma tistax twaqqa’ l-proċeduri minħabba li hemm akkużi oħra li mhux marbuta magħhom.

Għalissa ż-żagħżugħa ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €1,500 u anke ġiet ordnata li tiffirma fl-għassa tal-pulizija darba fil-ġimgħa.

More in Qrati u Pulizija