Sai Mizzi tixhed; l-Avukat ta' Caruana Galizia jgħid li x-xhieda tiegħu qed jibżgħu

Dalgħodu kompla jinstema' l-libell miftuħ mill-Ministru Mizzi wara li Caruana Galizia kienet allegat kellu relazzjoni barra miż-żwieġ mal-uffiċjal tal-kommunikazzjoni Lindsey Gambin

L-Avukat tal-familja Caruana Galizia qal li qtil tal-ġurnalista wassal biex ix-xhieda tiegħu jibżgħu jixhdu fil-każ miftuħ mill-Ministru Konrad Mizzi wara li Caruana Galizia kienet allegat li l-Ministru kellu relazzjoni barra miż-żwieġ mal-uffiċjal tal-kommunikazzjoni Lindsey Gambin.

Dalgħodu, permezz ta’ Skype, tat ix-xhieda tagħha Sai lang Mizzi, il-mara tal-Ministru li ċaħdet li mhux minnu li ħalliet Malta darba għal dejjem kif allegat Caruana Galizia.

Hija qalet li fl-aħħar snin ġiet Malta diversi drabi u li se terġa’ tinżel Malta dalwaqt.

Intant, l-Avukat ta’ Caruana Galizia talabha tagħti lista ta’ kemm-il darba ġiet Malta mill-2014 ‘l hawn. Waqt li daħket, hija saħqet li ġiet ħafna drabi u ma tistax tiftakar kull data.

Saħqet li kull darba li kellha ftit ħin għall-mistrieħ ġiet Malta, kemm jekk fis-sajf u anke jekk fil-Milied u li dejjem iġġib magħha lit-tfal.

Insistiet li dejjem joqogħdu fid-dar tagħhom f’Tas-Sliema u t-tfal joqogħodu jekk magħhom jew mal-familja.

Ċaħdet li qatt marret f’lukanda meta kienet marret.

More in Qrati u Pulizija