Aħbar pożittiva! Malta bl-ewwel pazjenta fi triqitha għall-fejqan mill-coronavirus

Din il-persuna tista' toħroġ mill-isptar iżda għalissa tinżamm kwarantina fid-dar għal ftit ġranet oħra

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci ħabbret li Malta għandha l-ewwel pazjenta li fieqet mill-coronavirus

Waqt konferenza li matulha ħabbret li issa Malta għandha tnax-il pazjent bil-coronavirus, Gauci saħqet li waħda min-nisa li rriżultaw pożittiv fl-aħħar ġimgħa, sarulha t-testijiet u għal darbtejn irriżultat negattiv għall-coronavirus.

Issa, din il-persuna tkun tista' toħroġ mill-isptar iżda għalissa tinżamm kwarantina fid-dar għal ftit ġranet oħra.

Il-pazjenti l-oħra kollha jinsabu f'kundizzjoni tajba ta' saħħa, b'Gauci tinnota li l-etajiet kienu kollha pjuttost żgħar u ma kellhomx kundizzjonijiet mediċi oħra.

Aqra wkoll:

More in Politika