'Il-mistenni huwa li issa jibdew jiżdiedu aktar il-każijiet' - Charmaine Gauci

Malta issa għandha 12-il każ ta' coronavirus

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, saħqet li l-probabbilità hija li fil-jiem li ġejjin jibdew jiżdiedu aktar il-każijiet. 

Hija qalet dan waqt konferenza li matulha ħabbret li issa Malta għandha tnax-il pazjent bil-coronavirus li sa issa kollha kemm huma ġew importati minn barra mill-pajjiż u għalhekk għadu ma kien hemm l-ebda trażmissjoni lokali tal-COVID-19.

Gauci saħqet li permezz taċ-Ċentru l-ġdid f'Ħal Farruġ, qed isiru aktar testijiet u għalhekk iċ-ċans li jkunu identifikati aktar każi issa jikber.

Fakkret li mill-bieraħ infetaħ ċentru ġdid li qed jieħu t-telefonati ta' dawk li qed jistaqsu affarijiet mhux mediċi, bħal pereżempju fuq is-safar. 

Ma' dawn xorta waħda qed ikun hemm tabib biex min jistaqsi, ikun hemm tabib li jista' jwieġeb.

Il-helpline 111 jibqa' BISS għal dawk kollha li jridu jistaqsu dwar xi sintomi. 

Aqra aktar

More in Socjali