Aġġornata | Tliet pazjenti oħra bil-coronavirus

Dan ifisser li Malta issa għandha tnax-il pazjent tal-coronavirus

FIs-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ikkonfermat li matul il-lejl li għadda ġew ikkonfermat tliet każi oħra biex hekk issa Malta għandha 12-il pazjent bil-coronavirus.

Bħal fil-każi preċedenti, it-tliet pazjenti kienu msiefra fl-aħħar jiem u għalhekk il-virus ġabuh magħhom minn barra minn Malta.

L-ewwel każ: Malti ta' 54 sena

  • Mar Munich bejn is-6 ta' Marzu u ġie lura l-għada
  • Fil-11 ta' Marzu kellu l-ewwel sintomi
  • Kundizzjoni ta' saħħa tajba
  • Għandu familja ta' tlieta u ma għandhomx sintomi. Jinsabu fi kwarantina
  • Jaħdem għal rasu. Mar ix-xogħol meta kellu ftit sintomi iżda l-kuntatt man-nies "ma kienx "sinifikanti"

It-tieni każ: Taljan ta' 40 sena

  • Jgħix u jaħdem Malta
  • Fid-29 ta' Frar mar pariġi u rritorna fis-6 ta' Marzu
  • L-ewwel sintomi ħarġu fl-10 ta' Marzu u għamel kuntatt mad-Direttorat fit-12 ta' Marzu
  • Jaħdem onlajn u ma jkollux kuntatti ma' impjegati oħrajn
  • Kellu kuntatt ma' żewġ persuni oħra. Jinsabu fi kwarantina.

It-tielet każ: Maltija ta' 30 sena

  • Taħdem fis-settur tas-saħħa
  • Marret Brussell fil-5 ta' Marzu u rritornat fid-9 ta' Marzu
  • Fil-11 ta' Marzu kellu sogħla u ftit deni
  • Fit-12 ta' Marzu għamlet kuntatt mal-awtoritaijiet
  • Il-familja tagħha ma għandhomx sintomi imma jinsabu fi kwarantina
  • Attendiet xi attivitajiet soċjali u qed isir l-assessjar dwar il-kuntatt
  • Marret għax-xogħol l-aħħar ġurnata qabel kellha s-sintomi u għalhekk ir-riskju ta' tixrid huma minimu
  • Ittieħdu miżuri ta' prekawzjoni xorta u dawk li kienu f'kuntatt magħha se jitpoġġew fi kwarantina

"Għadna fis-sitwazzjoni fejn ma hemmx trażmissjoni lokali. Sa issa, il-każi kollha ġew minn barra u ma kien hemm ħadd li għaddhieha minn persuna għall-oħra," saħqet Charmaine Gauci.

Kif qed isiru jafu bil-każi?

Gauci spjegat li meta tabib, ċentru tas-saħħa jew inkella l-emerġenza jinfurmawhom li jista' jkun hemm każ potenzjali, isir minnufih risk assessment fejn id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard janalizza s-sintomi, jara jekk il-persuni kinux imsiefra u x'kuntatt kellhom man-nies.

Jekk ikunu Mater Dei jew fiċ-Ċentru tas-Saħħa, it-testijiet qed isiru hemm stess. Jekk iċemplu mid-dar, jiġifieri fuq il-helpline, it-test isir fiċ-ċentru li nfetaħ apposta f'Ħal Farruġ.

L-eżamijiet fuq dawn l-iswabs qed isiru fid-9:00am, fis-sagħtejn u ieħor fid-9:00pm. Iżjed ma jkun hemm swabs, il-proċess fil-laboratorju jdum aktar.

Meta joħroġ l-ewwel riżultat, jista' jkun hemm biss l-ewwel ħjiel ta' każ pożittiv. Iżda wara dan il-proċess isiru żewġ testijiet oħra ta' konferma.

More in Politika