Ħafna mill-kanvassers ta' Joe Mizzi jingħaqdu wara Abela ... dalgħodu Refalo maġenb Abela

Minkejja rabja li baqa' mingħajr Ministeru ħafna mis-sostenituri ta' Joe Mizzi se jkunu preżenti għal attività f'Bormla għada ... dalgħodu Refalo jaqla' t-tifħir minn Abela

Robert Abela
Robert Abela

Ħafna mill-kanvassers tal-Ministru Joe Mizzi, u l-eks Ministru innfisu, għada xorta se jkunu preżenti għall-attività f'Bormla li se jorganizza l-Mexxej Laburista u Prim Ministru Robert Abela.  Dan qed isir bħala turija ta' appoġġ u lealtà lejn Abela, minkejja kritika fit-Tieni Distrett minħabba li Mizzi ma baqax Ministru u ma hemm ebda Ministru fuq dan id-distrett.  It-Tieni Distrett jinkludi Bormla, il-Birgu u l-Isla. 

Abela lbieraħ ħabbar illi hu se jkun kandidat fit-Tieni Distrett fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Intant dalgħodu, waqt attività f'Għawdex, l-eks Ministru Anton Refalo kien preżenti ukoll fuq l-istage ħdejn Abela u l-Ministri Clint Camilleri u Justyne Caruana. 

Abela sostna li hu qed iħares 'il quddiem biex jaħdem mill-qrib ma' Refalo u għamel aċċenn fuq il-kliem, 'mhux fuq Għawdex biss.'

Il-PM u Mexxej Laburista sostna illi fl-aħħar snin Għawdex ra tkabbir qawwi ekonomiku. Għamel referenza għall-ġimgħa li għadha kemm intemmet u ammetta li l-Gvern ħa deċiżjonijiet li jistgħu jkunu diffiċli, "imma daħħalna n-normalità u l-istabbilità lura fil-pajjiż."

Hu qal illi minkejja li kien hemm tiġrija fil-Partit Laburista, dan reġa' ingħaqad mill-ewwel.  "Mhux biss, imma ħriġna aktar b'saħħitna," qal Abela għaċ-ċapċip tal-folla preżenti. 

Huwa għamel referenza għall-għażliet tiegħu fil-Kabinett, fosthom l-fatt li l-ambkjent u l-ippjanar tpoġġew taħt Ministeru wieħed.

 

More in Politika