Illejla l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss hu se jkun kandidat fit-tieni distrett, id-distrett tal-Kottonera.
Hu kien qed iwieġeb għal-kumment ta' raġel Bormliż waqt il-programm Xarabank, li filwaqt li feraħ lill-koppja Abela lmenta li t-tieni distrett huwa bla Ministru. Abela wieġeb billi qal li fl-aħħar elezzjoni it-Tieni Distrett kellu lill-Prim Ministru Muscat fil-lista u se jerġa jkollu Prim Ministru f'elezzjoni ġenerali li jmiss.
Fl-aħħar elezzjoni ġenerali l-eks PM Joseph Muscat kien kiseb 14,674 vot minn dan id-distrett li fih il-Partit Laburista kien kiseb 17,353 vot u allura 71% tal-voti mitfugħa.
Abela, waqt l-istess programm, ammetta li ħa deċiżjonijiet iebsin fl-ewwel jiem.