L-eks security tal-PM qal lil Melvin Theuma; 'Għandek problema, inti qtiltha lil Daphne'

L-eks membru tas-siġurtà tal-Prim Ministru jikteb in-numru ta' Theuma u jgħidlu, 'int kont il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne'

Kenneth Camilleri, fiċ-ċirku
Kenneth Camilleri, fiċ-ċirku

Meta kien qed qed jixhed illum Melvin Theuma, li ngħata maħfra Presidenzjali, żvela illi Yorgen Fenech kien qallu li hu mhu se jġorr ebda responsabilità lanqas tal-€1 miljun lit-tliet akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana għax qallu li mhux hu ordna dan il-qtil. "Mela min ordna dan il-qtil?" staqsa Theuma fil-Qorti. 

Theuma rrakkonta anedottu u qal li kellu konverżazzjoni ma' ċerta Johann Cremona u Kenneth Camilleri, eks membrui tas-sigurtà tal-PM Joseph Muscat, fil-garaxx ta' Cremona. Dakinhar Camilleri kien kiteb tliet numri tat-telefon fuq biċċa karta. Wieħed minn numri kien ta Theuma. 

L-intermedjatur Theuma qal fil-Qorti illi Camilleri kien qallu li għandu problema għax jidher li hu kien il-mandant, tal-qtil. Imma Melvin qalilhom li huwa Yorgen mhux hu.

Theuma  sostna illi darba minnhom Yorgen Fenech kien ħadu fid-dar tiegħu fiż-Żebbuġ fejn kien iltaqa' ma' Keith Schembri. Theuma jgħid illi Keith Schembri u Yorgen Fenech kienu ħbieb kbar u li kienu jagħttu għal xulxin. 

Din kienet darba mit-tnejn li kien iltaqa' magħhom hekk kif darb'oħra Theuma kien tela' Kastilja u ltaqa' ma' Schembri hemm. Schembri kien tah impjieg, li Theuma qatt ma mar għalih pero li tiegħu xorta tħallas. 

Ara hawnhekk kif Yorgen Fenech kien jaf x'inhu jiġri fl-investigazzjonijiet anke qabel ma kien suspettat tal-pulizija

Ara hawnhekk kif iltaqa' ma' Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma

 

More in Politika