Theuma kien wassal lil Daphne mill-Hilton ... ftit wara kien parti mill-qtil tagħha

Melvin Theuma jiżvela fil-Qorti llum illi darba kien wassal lil Daphne d-dar wara li din sabet it-tyres tal-karozza kienu mniżżlin

Melvin Theuma spjega kif hu ltaqa’ darba ma’ Daphne Caruana Galizia, f’inkontru partikolari.

Theuma, li huwa l-intermedjatur fil-qtil tal-istess Daphne Caruana Galizia, qal fil-Qorti llum illi kien iltaqa’ darba ma’ Caruana Galizia. Dan seħħ ħdejn il-lukanda Hilton, fejn kien jaħdem bit-taxis tiegħu Theuma.

Mistoqsi mill-avukat Jason Azzopardi li qed jidher għall-familja, jekk kienx jaf li Daphne kienet omm, Theuma infaqa’ jibki u qal li darba raha l-Hilton bit-tyres mniżżlin u offrielha li jwassalha.

Ironikament mhux wisq wara kellu jkun l-intermedjarju fil-qtil tagħha.

Din hija l-unika darba li Theuma ltaqa’ mal-ġurnalista.

Dan ħareġ illum waqt li Theuma kompla jagħti x-xhieda fil-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-qtil ta’ C aruana Galizia.  

More in Politika