'Lest nagħti ħajti għall-pajjiż u l-partit. Jiena Malti. Jiena Laburist' - Fearne uffiċjalment fit-tiġrija

Chris Fearne iħabbar b'mod uffiċjali illi se jkun Kandidat għall-elezzjoni ta' Mexxej Laburista ġdid u Prim Ministru

Id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej Laburista Chris Fearne ħabbar, issa uffiċjalment, li se jkun qed jipprateċipa fit-tiġrija għall-Mexxej tal-Partit Laburista u biex ikun Prim Ministru ġdid. 

"Dan hu mument storiku, għall-pajjiż u għall-partit. Qegħdin f’salib it-toroq u l-għazliet li se nagħmlu f’dawn il-ġranet se jkollhom effett kbir fuq il-futur. Il-pajjiż u l-partit qed isejħulna b’ħerqa, għajta li qed tidwi ma’ l-erba’ rkejjen ta’ din l-Art Ħelwa.  Jien din is-sejħa smajtha u se  nirrispondi għaliha. Wara li tkellimt ma’ familti u numru kbir ta’ persuni, iddeċidejt li ser nitfa’ n-nomina tiegħi għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista. Jien Malti. Jien Laburist," sostna Fearne.

Fearne kien maħtur Ministru tas-Saħħa mill-Prim Ministru Joseph u minn dejjem kien imsemmi bħala kandidat prospettiv għall-pożizzjoni tal-Prim Ministru. 

Fearne joħroġ bħala kandidat fit-tielet u fir-raba' distrett u fl-elezzjoni tal-2017 kien l-aktar kandidiat li kiseb voti wara l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Dskinhar kien kiseb b'kollox 10,000 vot.

 Fil-15 ta' Lulju 2017 f'tiġrija għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Fearne kien kiseb 367 vot, ftit voti biss aktar minn Edward Scicluna li kien kiseb 348 vot. 

Chris Fearne
Chris Fearne

L-ewwel appoġġ mill-Kabinett u l-Partit Laburista

Intant mill-ewwel beda dieħel l-appoġġ għal kandidatura ta' Fearne, sorprendentement mingħand Ian Borg li kien jidher illi se jkun kandidat fit-tiġrija għal Mexxej Laburista. 

Borg f'messaġġ fuq Facebook sostna illi Chris Fearne għandu l-appoħħ tiegħu. "Il-kuraġġ li għamiltuli jagħtini iżjed saħħa u enerġija naħdem ħalli dan il-Partit ikompli jmexxi lil Malta u Ghawdex tagħna."

Intant il-Ministru Owen Bonnici sostan li Fearne huwa l-persuna ideali li tmexxi l-Partit Laburista u l-Gvern fit-triq 'il quddiem.  Nappoġġja bis-sħiħ lil Chris Fearne. Dan hu l-mument tal-ghaqda."

Anke d-Deputat Laburista Glenn Bedingfield wera' appoġġ lejn Fearne u sostna li issa huwa l-mument li nħarsu ‘il quddiem u ningħaqdu wara wieħed minna li lest imexxi dan il-pajjiz, Chris Fearne. "Piż mhux faċli f’dawn iċ-ċirkostanzi li jitolbu kuraġġ, ħila, rieda tal-azzar u determinazzjoni biex Malta u l-Partit Laburista jkunu magħrufa għal dak li veru huma."

Edward Zammit Lewis ukoll ta appoġġ lil Fearne. Huwa ddeskriva lil Fearne bħala l-persuna ppożizzjonata tajjeb biżżejjed biex tmexxi lill-PL. "Dan hu l-mument! Din id-deċiżjoni ser twassal għall-Partit magħqud aktar minn qatt qabel u għall-istabilita’ fil-Gvern."

Chris Agius ukoll kiteb messaġġ favur Fearne filwaqt li huwa mifhum illi s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qed jappoġġja lil Fearne ukoll li qal illi issa huwa l-mument tal-prova.

More in Politika