'Tal-bieraħ mhux protesta kienet imma tixwix ... tattiċi tas-snin 80' - Falzon

Il-Ministru Micchael Falzon jgħid illi minflok 'new way' Adrian Delia mar għat-tattiċi tas-snin 80

Meta kien qed jitkellem fil-Parlament il-Ministru Michael Falzon sostna illi dik tal-bieraħ mhux protesta kienet imma tixwix kontra l-istat, jew inkella sedizzjoni. 

Falzon sostna illi ħu Deputat Parlamentari, probabilment f'referenza għal Robert Aquilina li jiġi ħu Karol Aquilina, kien fost dawk li qed jorganizza lin-nies biex ikunu f'postijiet differenti u b'jiċċirkondaw lill-Parlament. Falzon qal illi saħansitra Deputati Nazzjonalisti kienu qed jitfgħu l-bajd u boroż mimlijin awrina. 

Falzon akkuża lill-PN u lil Adrian Delia li minflok in-new way li kien wiegħed qed jirrkorri għal modi antiki tat-80ijiet. 

Id-diskors ta' Falzon jiġi wara illi l-Ministru Owen Bonnici appella għall-kalma u sostna illi l-Gvern għandu mandat u dak il-mandat se jitwettaq.  

More in Politika