Il-Ministru Owen Bonnici jappella għall-kalma ... imma jintlaqa' bil-bajd u 'messek tistħi'

Il-Ministru Owen Bonnici jfakkar li dan il-Gvern għandu mandat u dan il-mandat se jitwettaq sal-aħħar fil-Parlament iżda quddiem Kastilja jaqla' l-bajd minn grupp ta' nisa

Il-Ministru Owen Bonnici quddiem Kastilja
Il-Ministru Owen Bonnici quddiem Kastilja

Il-Ministru Owen Bonnici appella għall-kalma u qal illi l-kalma hija l-aqwa u l-aħjar forma ta' rispett li l-partitarji Laburisti jistgħu juru lil Joseph Muscat. Muscat ħabbar illi rriżenja nhar il-Ħadd li għadda u qal li se jibqa' Mexxej Laburista sat-12 ta' Jannar, meta jkun magħżul Mexxej ġduid. 

Il-Ministru Bonnici fakkar illi l-Gvern preżenti ingħata mandat qawwi ħafna mill-poplu "u aħna għandna l-obbligu li naraw illi dak il-mandat inwettquh sal-aħħar." 

Bonnici qal li jrid jgħaddi messaġġ ta' kuraġġ, "jiena mhux se naqta' qalbi u dik il-fiduċja enormi li tfajtu fuq spallejna se nkompluha sal-aħħar." 

Minkejja dan, huwa ntlaqa' bil-bajd minn grupp ta' nisa rrabjati ferm barra Kastilja, xena maqbuda mill-kameras ta' Euronews. Il-Ministru kien protett minn numru ta' puliżija. 

More in Politika