'Keċċi minnufih lil Keith Schembri' - Delia lil Muscat

Adrian Delia kien qed jirreaġixxi għall-fatt li Schembri waqqa' l-libell kontra Simon Busuttil biex ma jixhedx dwar 17 Black

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tena l-appell tiegħu lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex ikeċċi minnufih lil Keith Schembri.

B’reazzjoni għal dak li seħħ dalgħodu fil-Qorti, Delia saħaq li Keith Schembri għamel minn kollox illum biex ma jweġibx għall-mistoqsijiet f'kawża ta' libel li fetaħ huwa stess.

“Quddiem din l-iżvolta, is-Sur Schembri għandu Jew jirreżenja jew jitneħħa mill-pożizzjoni ta' Chief of Staff tal-Prim Ministru b'mod immedjat,” insista l-Kap Nazzjonalista fi stqarrija qasira.

Aqra wkoll:

More in Politika