Aġġornata | 'Aħna mhux kriminali'...Immigranti jipprotestaw mill-ġdid f'Ħal Safi

Din hija t-tielet protesta fl-aħħar ġimgħat f'dan iċ-Ċentru ta' Detenzjoni

Ritratt tal-aħħar protesta li seħħet fiċ-Ċentru, ħmistax ilu
Ritratt tal-aħħar protesta li seħħet fiċ-Ċentru, ħmistax ilu

Għadd ta' immigranti qed jipprotestaw fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta' Ħal Safi, liema protesta baqgħet.

Immigranti jinstemgħu jgħajtu u anke jżommu kartelluni bil-kliem: "libertà" u "aħna mhux kriminali."

Din hija t-tielet protesta fl-aħħar ġimgħat f'dan iċ-Ċentru ta' Detenzjoni.

Fl-aħħar protesta, ħmistax ilu, l-immigranti wkoll bdew jitolbu l-ħelsien filwaqt li bdew jaħarqu xi saqqijiet.

S'issa jidher li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll anke jekk is-Servizz ta’ Detenzjoni talab għall-assistenza tal-Pulizija tad-distrett, tar-Rapid Intervention Unit u l-iSpecial Intervention Unit.

Preżenti wkoll vetturi tat-tifi tan-nar tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

More in Politika