Il-Qorti twaqqa' l-appell ta' Azzopardi dwar il-każ tal-fabbrika tal-Lowenbrau

Owen Bonnici kien allega li l-eks Ministru Nazzjonalista kien indaħal fil-proċess tat-trasferiment tal-art biex iffavorixxa lil Zaren Vassallo

Il-Qorti ċaħdet appell li kien ressaq id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi wara li kien tilef libell kontra l-Ministru Owen Bonnici dwar allegazzjonijiet li Azzopardi kien iffavorixxa benefattur tal-Partt Nazzjonalista meta nbiegħet l-art li fuqha kien hemm il-fabbrika tal-Lowenbrau.

Il-Ministru Bonnici kien allega li l-eks Ministru Nazzjonalista kien indaħal fil-proċess tat-trasferiment tal-art ta’ din il-fabbrika f’Ħal Qormi, 

Il-Ministru Owen Bonnici kien qal li għandu informazzjoni ġuramentata li tikkonferma li Jason Azzopardi kien indaħal fil-proċess tal-bejgħ u assigura li din tgħaddi għand Zaren Vassallo u biex dan iħallas prezz tal-1990, għall-proprjetà li nbiegħet fl-2009, għal valur ta' €706,400.

Jason Azzoparedi kien fetaħ każ kontra l-Ministru Bonnici, iżda f’Jannar il-Qorti kienet waqqgħet dan il-każ.

Azzopardi kien insista li hu qatt ma ltaqa’ ma’ Vassallo, jew inkella qallu li se jkun qed ifittex kompromess dwar il-bejgħ u kien għalhekk li appella minn din id-deċiżjoni.

Madanakollu, illum, il-Qorti ċaħdet dan l-appell.

Aqra aktar dwar id-dettalji ta’ dan il-każ u x’kien wieġeb Jason Azzopardi billi tagħfas hawn.

More in Politika