L-MSPCA tħeġġeġ lin-nies jopponu tiġrijiet tal-klieb f'Malta

Dan wara li l-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif hemm il-ħsieb li jkun hemm tiġrijiet tal-klieb fit-trakka taż-żwiemel fil-Marsa

L-MSPCA twissi kontra t-tiġrijiet tal-klieb
L-MSPCA twissi kontra t-tiġrijiet tal-klieb

L-MSPCA qalet illi għandha ssir oppożizzjoni kontra l-attentat biex ikunu introdotti tiġrijiet tal-klieb, bħala xi ħaġa inkorporata mat-trakka taż-żwiemel, hekk kif żvelat il-gazzetta ILLUM. L-MSPCA iddeskriviet din il-prattika bħala waħda tal-mistħija.

"It-tiġrija minnha nnifisha toħloq numru ta' inċidenti b'ħafna klieb isofru minn ġrieħi severi li jkunu jeħtieġu ewtanasja, jekk ma jmutux fil-post." L-għaqda favur l-annimali u li tagħtihom l-għajununa fil-bżonn, tgħid illi klieb ġieli jsofru wkoll minn attakki tal-qalb grazzi għall-pressjoni kbira li tintefa' fuqhom, fil-fatt tgħid illi minflok 15-il sena ħafna klieb tat-tiġrijiet jgħixu biss ħames snin. 

"Biżżejjed li qed jiġġeldu l-klieb min  taħt. It-tiġrijiet tal-klieb ikunu ugwalment inaċettabbli u għandna nirreżistuwhom.

More in Politika