'Nieqfu nperrċu d-differenzi mal-erbat irjieħ' - APAN lin-Nazzjonalisti

Il-fergħa tal-anzjani fi ħdan il-PN tisħaq li wara t-telfa elettorali hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet, 'iebsin kemm huma iebsin'

Il-fergħa tal-anzjani tal-Partit Nazzjonalista (APAN) ħeġġet lill-attivisti Nazjzonlisti biex jieqfu jperrċu d-differenzi mal-erbat irjieħ u "niddiskutu il-problemi fi ħdan il-Partit u mhux fuq il-media soċjali. Biex il-poplu jerġa jikseb il fiduċja fil-Partit Nazzjonalista, irridu nippreżentaw partit magħqud u kredibbli," sostniet l-istqarrija tal-APAN. "Dan pero jista’ jsir biss jekk l-ewwel naċċettaw ir-realta tat-telfa tal-25 ta’ Mejju u ma nippruvawx naħbuha taħt it-tapit u t-tieni nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn, iebsin kemm huma iebsin u fl-aħjar interess tal-Partit u mhux ta’ xi aġenda personali u dan, biex il-Partit Nazzjonalista jerga jkun vera il-partit tal-poplu."

"Wara dak li ġara riżultat tal-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju, il-Kumitat Eżekuttiv tal-APAN iħoss li għandu jiġi eliminat kull dubbju li l-elettorat jista’ jkollu dwar il-partit fl-Oppozizzjoni," sostniet l-APAN. 

L-APAN sostna li hu konvint aktar minn qatt qabel li jridu jittieħdu miżuri drastiċi kontra dan il-gvern "abbużiv" u "korrott". "Matul l-istorja tiegħu ta’ 140 sena, il-Partit Nazzjonalista dejjem poġġa l-interess tal-pajjiż qabel dawk tiegħu.  Issa hu fid-dmir li d-direzzjoni tal-partit tagħmel dak kollu meħtieġ biex  tikseb ‘lura l0fiduċja u l-appoġġ tal-poplu Malti u Għawdxi," temmet tgħid il-fergħa Nazzjonalista.  

More in Politika