Siegħa ċans biex kumpaniji bħal Facebook u Google jniżżlu kontenut 'terroristiku'

Il-Parlament Ewropew jgħaddi proposta li tagħti kumpaniji siegħa ċans minn meta jkunu mwiddba dwar kontenut 'terroristiku', biex iniżżluh, inkella ...

Kumpaniji se jkollhom jibdew ineħħu kontenut relatat ma' terroriżmu f'temp ta' siegħa minn meta jirċievu lment mill-awtoritajiet, jekk proposta tal-Parlament Ewropew tgħaddi mill-Kummissjoni Ewropea. 

Dan kien deċiż mill-Parlament Ewropew li vvota favur b'308 voti, 204 voti kontra u 70 stensjoni.

Din il-proposta tiġi ftit ġimgħat wara attakk terroristiku li sar fi New Zealand f'moskea, f'liema attakk inqatlu 50 persuna u indarbu 20.

Din il-proposta tgħid illi jekk kumpaniji, "b'mod sistematiku u persistenti jfallu milli jżommu mal-liġi jistgħu jkunu sanzjonati b'multa li titla' sa 4% tal-qliegħ tal-kumpanija." Hawnhekk qed nirreferu għal kumpaniji bħal Facebook, Vimeo, You Tube u oħrajn. 

Minkejja dan, kumpanija mhux se tkun obbligata tagħmel moniteraġġ jew tfittex fatti illegali mtellgħin fuq il-pjattaforma. Il-multa tgħodd biss meta l-kontenut ma jitneħħiex wara siegħa minn meta jwiddbu l-awtoritajiet. 

L-ewwel darba li kumpanija tirċievi din l-ordni, qabel ma toħroġ il-multa, dawn jirċievu iktar informazzjoni dwar il-proċeduri sa 12-il siegħa qabel din l-ewwel ordni. 

 

 

More in Politika