Il-Pulzija jgiddbu stqarrija ta' grupp ta' għaqdiet dwar attakk ta' vjolenza domestika

  • Filmat li nxtered fuq il-midja soċjali juri raġel jagredixxi b'mod vjolenti lil mara ... diversi għaqdiet jgħidu li għal darb'oħra l-Pulizija ma ħadux azzjoni f'każ ta' vjolenza domestika
  • Il-Pulizija jgħidu li fil-fatt mhux talli saret investigazzjoni, talli ittieħdu passi kontra r-raġel

Partijiet mill-filmat li juri raġel dieħel f'ħanut bil-forza
Partijiet mill-filmat li juri raġel dieħel f'ħanut bil-forza

"Ninsabu ferm diżapuntati nisimgħu illi mhux se jittieħdu passi mill-pulizija kontra agressur li jista' jintgħaraf u li intenzjonalment intilef f'rabja u attakka lis-sieħba tiegħu fuq il-post tax-xogħol." Hekk sostnew numru ta' għaqdiet tan-nisa u oħrajn li jaħdmu kontra l-vjolenza domestika jew li jagħtu għajununa lin-nisa li jsofru minn vjolenza domestika dwar filmat illi kien qed idur fuq il-midja soċjali u li juri lil raġel jagredixxi persuna, li l-istqarrija ta' dawn l-għaqdiet, fosthom il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa, tgħid li kienet is-sieħba tiegħu.

"Infakkru li l-vjolenza domestika, inkluż il-vjolenza kontra s-sieħeb jew sieħba tiegħek, huma offiża kriminali," sostnew l-għaqdiet fl-istqarrija. "Meta tinġibed l-attenzjoni, l-awtoritajet għandhom obbligu li jeżerċitaw diliġenza, jinvestigaw u jieħdu l-azzjonin kriminali li hemm bżonn."  

L-għaqdiet huma l-Assoċjazzjoni għall-Ugwaljanza, Fondazzjoni Dar Merħba Bik, Il-Konfederazzjoni Maltija tan-Nisa, L-Assoċjazzjoni tan-Nisa fin-negozju, Irġiel kontra l-Vjolenza, Fondazjoni St Jeanne Antide u l-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa. 

L-istqarrija kienet iffirmata minn Lara Dimitrijevic.

Il-Pulzija jgiddbu l-istqarrija ...

Iżda l-Pulizija mill-ewwel giddbu din l-istqarrija u qalu li mhux talli ma sar xejn, talli  nhar "It-Tnejn 25 ta’ Frar 2019, il-Pulizija tad-distrett, assistiti mill-membri tar-Rapid Intervention Unit, rrappurtaw fuq rapport ta’ vjolenza domestika. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kien seħħ reat ta’ vjolenza domestika ġewwa negozju, fejn sid in-negozju ma xtaq jieħu l-ebda azzjoni legali kontra l-aggressur fir-rigward tal-ħsara minima li saret fil-propjeta’ tiegħu filwaqt li l- vittma tal-vjolenza domestika ma ridietx tikkopera mal-Pulizija u lanqas ridet tiddentifika l-aggressur."

"Wara diversi nvestigazzjonijiet, ġie identifikat l-aggressur u nħarġu l-akkużi fil-konfront tiegħu."

More in Politika