AĠĠORNAT: Muscat, Mizzi u Schembri akkużati b’ħasil tal-flus, tixħim u koruzzjoni

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat u oħrajn se jkunu akkużati b’ħasil ta’ flus, frodi u tixħim frawdolenti, kif ukoll b’konfoffa biex jitwettaq reat

Konrad Mizzi (xellug), Joseph Musat u Keith Schembri (lemin) mistennija jiffaċċjaw numru ta' akkużi kontrijhom.
Konrad Mizzi (xellug), Joseph Musat u Keith Schembri (lemin) mistennija jiffaċċjaw numru ta' akkużi kontrijhom.

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat u oħrajn se jkunu akkużati b’ħasil ta’ flus, frodi u tixħim frawdolenti, kif ukoll b’konfoffa biex jitwettaq reat kriminali.

Muscat u Konrad Mizzi mistennija jiffaċċjaw akkużi li aċċettaw tixħim u korruzzjoni f’karigi pubbliċi. Keith Schembri se jkun akkużat b’reati relatati mas-solleċitazzjoni ta’ tixħim u abbuż tal-kariga tiegħu biex jagħmel vantaġġ illegali “permezz ta’ theddid jew abbuż ta’ awtorità”.

Brian Tonna u Karl Cini, mistennija jiġu akkużati flimkien permezz il-kumapija tagħhom Nexia BT, li minn jheddhom għenu lil Muscat biex jaċċetta tixħim.

Il-Qorti qed tintalab timponi ordni ta’ ffriżar ta’ €30 miljun fuq Muscat, Mizzi u Schembri. Qed tiġi imposta ordni ta' ffriżar tal-istess ammont fuq l-eks direttur maniġerjali ta' Progress Press Adrian Hillman u n-negozjant Pierre Sladden, li qed jiġu akkużati wkoll b'ħasil ta' flus.

Intant, Brian Tonna u Karl Cini qed jiffaċċjaw ordnijiet ta’ ffriżar ta’ €20 miljun kull wieħed. Dawn huma fost l-akbar ordnijiet ta’ ffriżar li qatt intalbu l-prosekuturi Maltin.

Rappreżentant legali ta’ Steward, u segretarji fost oħrajn li se jitressqu l-qorti

David Joseph Meli fil-kapaċità tiegħu u bħala rappreżentant legali ta’ Steward Malta Management Ltd, huwa akkużat li kkorrompa uffiċjali pubbliċi – Muscat, Schembri u Mizzi.

Il-maniġer tal-IT ta’ Steward, Clarence John Conger-Thompson, u l-awditur tiegħu, Christopher Spiteri, mistennija jiffaċċjaw akkużi relatati mat-tixħim ukoll.

Spiteri waħdu huwa akkużat ukoll li aġixxa b’diżonestà waqt li kien qed iwettaq l-attività professjonali ta’ awditur jew accountant, kif ukoll li għamel dikjarazzjonijiet foloz lil awtorità pubblika, li kiser is-segretezza professjonali u li ħalla barra jew li għamel dikjarazzjonijiet ta’ taxxa foloz għal Shaukat Ali Chaudhry u l-membri tal-familja tiegħu.

Spiteri fil-kapaċità personali tiegħu kif ukoll ta’ awditur, flimkien ma’ Jonathan Vella, il-fornitur ta’ tagħmir mediku, Ivan Vassallo u sieħbu (fin-negozju) Mario Victor Gatt fil-kapaċitajiet personali tagħhom kif ukoll bħala rappreżentanti ta’ Technoline Ltd u Eurybates Ltd huma akkużati b’kontabilità falza.

Spiteri jinsab akkużat ukoll, fil-kapaċità personali tiegħu kif ukoll ta’ awditur, flimkien ma’ Jonathan Bondin, David Meli, bħala rappreżentanti ta’ MTrace p.l.c. u Gateway Solutions Ltd, li għamlu dikjarazzjonijiet foloz lil awtorità pubblika biex jiksbu vantaġġ illeċitu. 

F’dawn il-każijiet, intalab iffriżar ta’ €30 miljun kull wieħed fil-konfront ta’ Christopher Spiteri u Jonathan Vella. Intalbet ordni ta’ ffriżar ta’ €32 miljun għal David Meli.

Tressqu ordnijiet oħra ta’ ffriżar kontra Ivan Vassallo (€11-il miljun), Mario Victor Gatt (€7 miljun), Brian Bondin (€12-il miljun) u Conger-Thompson (miljun). L-istess ammont ġie ordnat kontra l-kumpaniji tagħhom.

Jekk tinstab ħtija, minbarra kull sentenza, il-qorti hija mitluba tordna l-konfiskar tal-benesseri kollha sa dawk il-valuri u tordna l-interdizzjoni perpetwa tal-konvenuti.

L-Avukati Francesco Refalo, Rebekah Spiteri u Shelby Aquilina qed imexxu l-prosekuzzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali, waqt li hemm jassistu l-Ispetturi tal-pulizija Wayne Rodney Borg u Hubert Cini.

Il-Maġistrat Rachel Montebello ġiet assenjata l-kawżi. Il-Pulizija ħarġet l-akkużi kriminali b’rabta mal-inkjesta Vitals it-Tnejn li għadda. Hu mifhum li l-persuni akkużati se jitressqu l-Qorti b’taħrika u mhux taħt arrest.

More in Politika