Il-Ministru Bonnici jisħaq li Franco Debono huwa liberu li jesprimi dak li jħoss

Mistoqsi jekk il-pożizzjoni ta' Franco Debono għadhiex tenibbli, il-Ministru Bonnici wieġeb li teżisti l-libertà tal-espressjoni

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici saħaq li l-Kummissarju għal-Liġi Franco Debono igawdi bħal kulħadd mil-libertà tal-espressjoni u għalhekk jista’ jgħid dak li jħoss.

Huwa qal dan meta mistoqsi mill-ġurnalist tal-MaltaToday dwar l-aħħar bloggs ta’ Debono li fihom għajjar lill-Prim Ministru bħala l-aktar politiku korrott u saħansitra insista li l-kumpanija Egrant hija tiegħu jew ta’ ħadd viċin ħafna.

Mitlub jirreaġixxi għal dan, Bonnici żamm biss ma’ dak li qal il-Prim Ministru, jiġifieri li Debono għandu dritt jesprimi lilu nnifsu.

Mistoqsi jekk il-pożizzjoni tiegħu hijiex tenibbli, ġaladarba qed imeri konklużjonijiet ta’ inkjesta maġisterjali, il-Ministru Bonnici wieġeb biss: “libertà tal-espressjoni.”

More in Politika