Mara titlef il-kontroll tal-vettura u tidħol f'arblu tad-dawl

Hija ttieħdet immedjatament Mater Dei fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħ gravi

Mara ta' 34 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku f'Ħal Luqa.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-8:55 pm fi Triq Ħal Farruġ.

Jidher li l-mara għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura u baqgħet dieħla ġo arblu tad-dawl.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

More in Politika