Strixxuni b'wiċċ Casa u b'referenza għad-droga mferrxa madwar Malta

L-istrixxuni jagħmlu referenza għar-rapport tal-MaltaToday dwar dak li xehed l-eks impjegat ta' David Casa

Fl-aħħar sigħat xi ħadd mhux maħruf tella' strixxuni b'wiċċ l-Ewroparlamentari David Casa b'referenza għar-rapport tal-MaltaToday li jgħid kif eks impjegat tal-MEP, f'affidavit ġuramentat, tkellem dwar il-vizzju tad-droga li skontu jbatu minnu David Casa.

Casa u anke l-impjegati tiegħu ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet, b'David Casa jiddeskrivihom bħala "oxxeni," u l-impjegati tal-Ewroparlamentari jinsistu li dejjem raw fih politiku onest u determinat.

L-istrixxuni jinsabu mferrxa f'diversi toroq prinċipali madwar Malta u kollha jagħmlu referenza għall-allegazzjoni li Casa kien jixtri l-kokaina fi tmiem il-ġimgħa u kien jaqsamha ma' sħabu f'lukandi f'San Ġiljan u f'Ħ'Attard fejn kien joqgħod.

L-eks impjegat qal ukoll li tant kemm kien ikun taħt l-effett, li Casa kien jitlef attivitajiet politiċi u personali importanti.

Madanakollu Casa qal li l-eks impjegat kellu jitlaq mil-uffiċċju tiegħu minħabba l-vizzju tal-logħob u d-dejn li kellu u li kien qed jistenna allegazzjoni simili, iżda mhux daqshekk "oxxena" ġaladarba dan qed ikun fil-kumpanija ta' strateġisti Laburisti, inkluż il-Kelliem tal-Prim Ministru Kurt Farrugia.

More in Politika