Delia jiftaħ rikors Kostituzzjonali minħabba li l-PN ma ngħatax l-inkjesta 'Egrant'

Il-Kap tal-PN jitlob lill-Qorti tisma' r-rikors b'urġenza u jgħid li kull ġurnata li tgħaddi l-Gvern qed iċċaħħad lill-PN minn informazzjoni li hu jaf...

Delia quddiem il-Qorti dalgħodu
Delia quddiem il-Qorti dalgħodu

Dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fetaħ rikors Kostituzzjonali l-Qorti wara li l-Avukat Ġenerali ma tax kopja sħiħa tal-inkjesta ta' Aaron Bugeja dwar Egrant Inc. lill-Oppożizzjoni. 

Quddiem il-Qorti, Delia sostna li qed jinfetaħ dan ir-rikors għax qed tinkiser il-Kostituzzjoni meta l-Oppożizzjoni ma tingħatax kopja sħiħa tal-inkjesta kif ukoll għax qed jinkiser, skont Delia, id-dritt tal-informazzjoni, li l-Oppożizzjoni tkun infurmata bid-dettalji li l-Gvern diġa għandu f'idejh. 

"Kull ġurnata li tgħaddi, l-Gvern ikun qed iżomm għandu informazzjoni li l-oppożizzjoni m'għandhiex," jgħid Delia dwar l-1,500 paġna ta' inkjesta li tidħol fid-dettal dwar l-allegazzjoni li Egrant inc. kienet ta' Michelle Muscat u li fiha daħlu aktar minn $1 miljun mit-tifla tal-Mexxej tal-Ażerbajġan Illham Aliyev. 

Delia sostna li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed titlob li s-smigħ tar-rikors jinstema' b'urġenza. Minkejja dan, fl-ewwel sigħat Delia xorta kien qal illi l-inkjesta turi li Egrant Inc. qatt ma kienet ta' Michelle Muscat u min jibqa' jgħid li kienet qed juri arroganza. 

Ara x'qal Delia meta ħabbar li se jibda proċeduri minħabba li l-inkjesta ma ngħatatx lill-PN

Ara x'jgħidu l-konklużjonijiet tal-inkjesta, pass, pass Hawnhekk. 

More in Politika