'Malta tibqa' soda fil-prinċipji tagħha' - Il-PM jaċċetta stedina ta' Juncker

...Il-President tal-Kummissjoni Ewropea sejjaħ laqgħa informali mal-mexxejja tal-UE dwar l-immigrazzjoni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, nhar il-Ħadd li ġej, se jkun qed jattendi għal-laqgħa li se ssir fi Brussell wara li l-President tal-Kummissjoni Ewropea se jlaqqa' lill-mexxejja Ewropej għal-laqgħa informali dwar l-immigrazzjoni.

Fuq Twitter, Muscat qal li aċċetta l-istedina ta' Jean Claude Juncker u fl-istess waqt insista li Malta se żżomm soda fil-prinċipji tagħha.

Saħaq ukoll li qed iħares 'il quddiem biex Malta tieħu sehem b'mod attiv fid-dibattitu, bil-għan li l-Ewropa kollha twieġeb għal din l-isfida.

Intant, ilbieraħ filgħaxija, id-Deputat Prim Ministru Taljan, Luigi Di Maio, fetaħ il-kanuni fuq Malta u l-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni li kienet tinvoli 629 immigrant, li għamlu jiem abbord bastiment bejn sema u ilma.

More in Politika