'Missier u mgħallem umli nwegħdek li dak li inti dejjem kont tħaddan ser jibqa ħaj'

Mijiet ta' messaġġi ta' kondoljanzi u ammirazzjoni jibqgħu deħlin fis-siegħat li għaddew...lkoll ifakkru lil raġel ta' prinċipju sod

leonid bi kliem mill-isbaħ, siegħat wara l-mewt ta' Charles Miceli
leonid bi kliem mill-isbaħ, siegħat wara l-mewt ta' Charles Miceli

Fis-siegħat li għaddew baqgħu ħerġin mijiet ta' messaġġi ta' kondoljanzi u tifħir lill-wieħed mill-ġganti tax-xellug ta' żminijietna, Charles Miceli, li ħalla din id-dinja ilbieraħ. Apparti l-awtoritajiet tal-pajjiż, kienu bosta politikanti miż-żewġ naħat tal-kamra u anke bosta persuni li jħaddnu l-istess twemmin soċjali ta' Miceli li ħallew messaġġi fuq il-midja soċjali, għall-bniedem li kien sinomimu fil-ġlieda kontra l-faqar. 

Fost l-aktar messaġġi b'saħħithom kien hemm dak ta' Leonid Mc Kay id-Direttur tal-Caritas, li ddeskriva lil Miceli bħala 'missier' u 'mgħallem'. Filwaqt li f'messaġġ fuq il-profil ta' Facebook tiegħu Mc Kay rrakkonta diversi aneddoti mill-ħajja tat-tnejn, wiegħed li l-ġlieda li beda Miceli mhux se tieqaf hawn. 

"Ħabib, dan huma l-vera issues li inti tant ħdimt għalihom. Għalija int kont il-vera ambaxxatur tagħhom. Kont tibki, meta skond int stess, kont tħossok impotenti quddiem ir-realta’ ta’ tfal u familji li mhux dejjem kellhom għaxja ta’ lejla. Kont nammirak tiċċelebra in-non-konformiżmu waqt li tlissen il-libertà li jtik dan l-stess ‘valur’. Kont tispirani, narak kburi b’dak li temmen fih. Illum bkejtek u selllimtlek. B’ħafna mħabba u rispett nwegħdek li dak li inti dejjem kont tħaddan ser jibqa ħaj."

Il-karikaturist Ġorg Mallia għamel tpinġija ta' Miceli u esprima l-ammirazzjoni tiegħu lejn il-persuna li kien il-moħħ wara ż-żieda fil-paga minima, kif ingħaqdu wkoll diversi ħaddiema u eks ħaddiema tal-Union Print fejn Miceli kien jaħdem bħala ġurnalist snin ilu. 

Il-funeral ta' Miceli se jsir nhar it-Tnejn fid-8:45 a.m fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar. 

More in Politika