Il-Kunsill Żabbari jsejjaħ laqgħa pubblika dwar bini ta' McDonalds fuq art ODZ

...wara li l-ġimgħa l-oħra dan is-sit żvela din l-applikazzjoni li se tirfes fuq art bis-siġar u ġonna li fuqha suppost ma jistax isir bini

Il-Kunsill Lokali ta' Ħaż Żabbar se jkun qed jorganizza laqgħa pubblika biex jiddiskuti l-kwistjoni ta' bini ta' stabbiliment tal-McDonalds f'Ħaż Żabbar, fuq art illi parti minnha hija fiż-żona barra l-iżvilupp (ODZ). 

Ħabbar dan iktar kmieni illum is-Sindku tal-istess lokalita Marc Vella Bonnici, wara storja li żvela dan is-sit il-ġimgħa l-oħra. Fiha kien żvelat kif saret applikazzjoni għall-żvilupp minn Premiere Restaurants li għandha l-liċenzja tal-franchise tal-McDonalds f'Malta. 

Vella Bonnici qal illi kien hu li sejjaħ laqgħa urġenti tal-Kunsill sabiex tkun diskussa din l-applikazzjoni partikolari. Vella qal li l-Kunsill iddeċieda li jsejjaħ laqgħa pubblika dwar din l-applikazzjoni partikolari li se ssir nhar il-Erbgħa li ġej fis-6 p.m. fis-sala tal-Kunsill Lokali.

 

More in Politika