Briguglio jappella biex il-PD jikkopera mal-PN dwar il-co-option ta' Delia

...imma Franco Debono jappella biex il-Kummissjoni Elettorali u l-Pulizija jżommu għajnejhom miftuħin għall-'pressjoni żejda' fuq Deputati

Franco Debono, Adrian Delia u Michael Briguglio
Franco Debono, Adrian Delia u Michael Briguglio

Michael Briguglio, membru tal-PN u eks-Chairman tal-Alternattiva Demokratika, sostna li jekk ikun hemm bżonn u "fl-ispirtu tal-Forza Nazzjonali" il-Partit Demokratiku għandu jikkopera mal-Partit Nazzjonalista fil-kwistjoni tal-co-option ta' Adrian Delia. Dan l-appell jiġi hekk kif fl-aħħar siegħat il-kap tal-PD Marlene Farrugia għamlitha ċara li hi mhix se tkun qed tikkopera biex Delia jidħol fil-Parlament, anke jekk kif irrapurtat il-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda, Delia jista jkollu bżonnha biex jidħol fil-Parlament

Intant il-kwistjoni ta' kif se jidħol fil-Parlament kompliet tiżviluppa b'Frederick Azzopardi jgħid li huwa leali lejn il-partit u se 'nimxi skont il-bżonnijiet tal-partit.' Intant kien irrapurtat fuq il-maltatoday li d-Deputat Ivan Bartolo kellu laqgħa ma' Pierre Portelli u d-Deputat Clyde Puli. Bartolo baqa' jsostni li hu mhux se jċedi s-siġġu Parlamentari. 

Fuq dan, Franco Debono eks Deputat tal-PN li ħeġġeġ vot kontra Delia appella biex ma jekk qed issir pressjoni tittieħed azzjoni mill-awtoritajiet. "L-Kummissjoni Elettorali u l-Pulizija għandhom iżommu għajnejhom miftuħin sew u jaraw jekk hux qed issir pressjoni żejda biex xi ħadd jirriżenja s-siġġu. Jekk xi deputat iħoss li qed issirlu pressjoni żejda jista' jinforma lil Pulizija jew lil Kummissjoni Elettorali jew l-iSpeaker," appella Debono. 

More in Politika