Busuttil jakkuża lil Muscat b'theddida fuq il-ġudikatura

...il-Kap tal-PN Simon Busuttil jirreaġixxi għall-kummenti ta' Muscat fuq il-programm Xtra. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil sostna li b'dak li qal ilbieraħ Joseph Muscat fuq il-programm Xtra kien qed 'jhedded l-indipendenza tal-ġudikatura. Huwa kien qed jirreferi għall-kumment ta' Muscat meta sostna illi jekk il-Partit Laburista jitlef l-elezzjoni u wara jirriżulta li l-allegazzjoni li Egrant hija ta' Michelle Muscat mhux minnha, hu ma jkun jista' jagħmel xejn, "problema tal-Maġistrat imbagħad." Hu qal ukoll illi f'dak il-każ Busuttil ikollu jiffaċċja kriżi kostituzzjonali għax, allega Muscat, ikun tela' fil-Gvern b'gidba.

"Il-kumment ta' Muscat huwa theddida ċara lill-ġudikatura li hija l-aħħar tama ta' istituzzjoni indipendenti f'dan il-pajjiż, Muscat anke din qed jipprova jimmina issa, kif prova jagħmel meta appunta lil Toni Abela bħala Maġistrat. Busuttil akkuża lil Muscat li qed jattakka s-serenità u l-awtonomija tal-Maġistrat Aaron Bugeja filwaqt li kkundanna dik li sejjaħ pressjoni. 

Busuttil qal li Muscat qed jaħseb li l-Maġistrat Aaron Bugeja se jbaxxi rasu bħal ma jagħmlu l-pupazzi l-oħrajn tiegħu. 

 

More in Politika