Bundy igiddeb lil Salvu Mallia; 'Mhu vera xejn li se niltaqgħu ma' Salvu'

John Bundy jiċħad bil-qawwa kollha li se ssir laqgħa ma' Salvu Mallia, jgħid li Mallia gideb....

Bundy igiddeb lil Mallia u jgħid li ħadd mill-PBS m'għandu laqgħa ma' Salvu dwar il-programm tiegħu
Bundy igiddeb lil Mallia u jgħid li ħadd mill-PBS m'għandu laqgħa ma' Salvu dwar il-programm tiegħu

F'kuntatt li għamel il-Kap Eżekuttiv tal-PBS John Bundy ftit tal-ħin ilu ma' dan is-sit huwa ċaħad bl-aktar mod kategoriku illi qatt kienet ippjanata li ssir laqgħa ma' Salvu Mallia, dwar it-tneħħija tal-programm 'Madwarna' minn fuq l-istazzjon nazzjonali.

Mal-illum.com.mt Bundy giddeb lil Mallia u qal li la hu, u lanqas ħadd mill-istazzjon mhu se jiltaqa' ma' Mallia. "Gidba kompleta u totali. La jien u l-ebda membru minn dan l-istazzjon m'għandu laqgħa ma' Mallia," sostna Bundy għall-istqarrija ta' Mallia. Iktar kmieni dan is-sit ippublika l-kummenti ta' Mallia li mal-illum.com.mt qal li għandu laqgħa ma' nies mill-istazzjon PBS li fiha se tkun diskussa it-tneħħija tal-programm 'Madwarna'. 

Dan huwa r-rapport dwar dak li qal Mallia ma' dan is-sit

More in Politika