[Aġġornat] Proposta biex il-Privileġġi Parlamentari ma jibqgħux sagrosanti

Ilejla fuq il-programm Reporter l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia jipproponi li jingħata d-dritt li persuna li tħossha aggravata minn kummenti fil-Parlament ttella' l-ilment lilu

Fuq il-programm Reporter tal-lejla l. l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia żvela l-ropostit tiegħu biex  il-privileġġi Parlamentari, filwaqt li jibqgħu, ikunu taħt skrutinju jekk ikun meħtieġ jew ikun hemm it-talba biex isir dan. Il-proposta ta' Farrugia tfisser li f'każ li persuna jew entita' tħossha aggravata minn kummenti jew allegazzjonijet fil-Parlament din tkun tista twassal dan l-ilment lilu għal skrutinju u kunsiderazzjoni.

Dan jista jfisser li b'din il-proposta l-Membri Parlamentari jkollhom joqgħodu aktar attenti qabel jgħaddu kummenti fil-Parlament hekk kif huwa possibbli li l-privileġġ li għandhom ma jibqax wieħed assolut u sagrosant.

L-Ispeaker tkellem dwar diversi punti oħrajn, fosthom dwar il-ħatra ta' Kummissarju għall-istandards pubbliċi li l-liġi dwarha irrimarka kif għadha fit-tieni qari 

 

More in Politika