Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Samwel Azzopardi jirrakkonta eżatt l-inċident li kellu

Is-sindku tar-Rabat Għawdex jagħti lill-ILLUm l-ewwel intervista tiegħu wara l-inċident u jgħid li għadu mhux deċiż joħroġx bħala kandidat tal-PN

 

John Busuttil / 27 t'Awwissu 2016 21:00
F'Intervista esklussiva fuq il-ħarġa tal-ILLUm ta' għada l-Ħadd, Samwel Azzopardi jirrakkonta eżatt x'ġara fl-inċident li tant qajjem agħa wara li kien irrapurtat u ttella l-qorti li ħabat bil-karrozza u ma riedx jieħu t-test tal-breathalyser. Jgħid eżatt x'ġara biex irriżenja minn sindku u reġa ħa postu xahrejn wara. Samwel Azzopardi jgħid ukoll għaliex għamel libell lil Ministru Anton Refalo. Jitkellem dwar l-partit nazzjonalista f'Għawdex u kif jixtieq li jara lill-Għawdex fil-politika tal-futur. Samwel Azzopardi jgħid tiegħu fuq l-isptar ta' Barth u anke dwar x'tgħallem minn nannuh il-Bedeq u minn Eddie Fenech Adami. Dan kollu fil-ħarġa tal-ILLUM ta' għada l-Ħadd.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook