Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Zammit Lewis ma jippreċiżax x'miżuri iebsa jista jieħu l-gvern dwar l-AirMalta

L-objettiv hu li l-AirMaltra jkollha flotta ta' 12-il ajruplan

Albert Gauci Cunningham / 10 ta' Jannar 2016 11:21
 

Sa’ Ġunju li ġej, il-Gvern qed jippjana li jkollu n-negozjati u d-diskussjonijiet mas-sieħeb strateġiku għall-Airmalta finalizzati biex pajjiżna jkollu Air Malta ‘ġdida’. Dan stqarru f’intervista mal-ILLUM il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis li żied jgħid ukoll kif l-objettiv tal-Gvern huwa li l-Air Malta jkollha bejn 12 u 13-il ajruplan fil-flotta tagħha ladarba l-kumpanija terġa’ tqum fuq saqajha. 

Minkejja li tkellem dwar il-benefiċċji ta’ sħubija strateġika, Zammit Lewis baqa’ jirrifjuta li jikkonferma jew jiċħad rapporti li l-linja tal-ajru magħżula bħala sieħeb strateġiku tal-linja nazzjonali Maltija hija l-kumpanija Etihad. Huwa ma xtaqx jippreċiża wkoll liema miżuri iebsin jista’ jkollu jieħu l-Gvern sabiex ikun aċċertat il-ftehim bejn iż-żewġ linji tal-ajru. Qal iżda li l-kundizzjonijiet tal-Gvern se jibqgħu dejjem dawk li l-Air Malta ma tkunx żmantellata u li l-Gvern jibqa’ jżomm il-maġġoranza tal-ishma. 

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook