It-tim nazzjonali tan-nisa jirbaħ logħba storika

Fis-Centenary stadium, Malta kisbet rebħa ta' 2-1 kontra l-Latvja u għal-ewwel darba Malta ġiet kkwalifikata għal-league B

L-attakkant Maltija Kailey Willis tiċċelebra l-gowl tagħha li ġab id-draw fit-58 minuta
L-attakkant Maltija Kailey Willis tiċċelebra l-gowl tagħha li ġab id-draw fit-58 minuta

Il-logħba bejn Malta u l-Latvja qed titqies bħala waħda storika hekk kif pajjiżna, għal-ewwel darba kkwalifika għal-League B fl-ewwel edizzjoni tal-UEFA nations league.

It-tim Nazzjonali tal-football tan-nisa  għal-ewwel darba kkwalifika għal-leage B wara li rebaħ b’skor ta’ 2-1 kontra l-Latvja, ġewwa is-Centenary stadium. B'hekk pajjiżna ġie l-ewwel wara li kiseb l-għola ammont ta' punti mill-grupp li kien fih.

Il-goals ġew skurjati minn Kailey Willis u Maria Farrugia. Bosta partitarji rringrazzjaw il-pleyers kollha kif ukoll il-kowċ Manuela Tesse.

More in Sports