Hender-'San ħallikom!'

Jordan Henderson b’tislima emozzjonali hekk kif iħalli lil Liverpool wara 12-il sena

Fuq Instagram, Jordan Henderson ħabbar li se jkun qed iħalli l-klabb fejn ilu jilgħab għall-aħħar 12-il sena.

Jgħid li “iebsa biex inpoġġi l-aħħar 12-il sena fi kliem u iebsa aktar biex ngħid ċaw. Jiena dejjem se nkun wieħed minnkom. Sakemm immut. Grazzi ta’ kollox. You’ll never walk alone.

F’filmat li akkompanja l-messaġġ, hu żied li “qiegħed fid-dressing room għall-aħħar darba u kif tistgħu timmaġinaw, emozzjonat immens. Irrid b’xi mod nispjega x’fissru dawn  is-snin għalija u għal familti. Meta sirt captain ta’ Liverpool, kien l-akbar unur ta’ ħajti. Għamilt li stajt sabiex l-imġieba tirrifletti dan. Grazzi talli ħallejtuni nkun parti mill-klabb tagħkom u tas-sapport, kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin.”

Tul iż-żmien ma’ Liverpool, huwa lagħab 360 darba u skurja 29 gowl. Rebaħ tmien unuri, fosthom it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, żewġ UEFA Champions Leagues u l-Premier League Ingliż. Sebgħa minn dawn l-unuri ntrebħu f’perjodu fejn Henderson kien il-captain tal-iskwadra.

Henderson se jingħaqad ma’ Al-Ettifaq, fis-Saudi Pro League, fejn se jerġa’ jiltaqa’ mal-eks captain ta’ Liverpool Stephen Gerrard, li huwa l-kowċ tal-klabb.

More in Sports