Malta se tieħu sehem fil-logħob dinji tal-Pulizija u l-Pumpiera

Din se tkun l-ewwel darba li Malta se tkun irrappreżentata f'dawn il-logħob

Għall-ewwel darba, Malta se tieħu sehem fil-logħob Dinji tal-Pulizija u dawk għall-Pumpiera magħrufa bħala l-World Police and Fire Games.

Dan il-logħob se jsir bejn it-8 u l-20 ta’ Awwissu 2019.

Se jkun l-atleta magħruf u l-Kuntistabbli tal-Pulizija Andrew Grech li se jirraprezenta lil Malta f’dan il-logħob.

Dawn l-Olimpjadi li jsiru kull sentejn u l-ewwel darba li saru kien fl-1985, f'San Jose, California.

Din is-sena dawn se jsiru fil-belt ta’ Chengdu, il-Kapitali tal-Provincja ta’ Sichcuan.

Is-sehem ta’ Malta f’dawn l-Olimpjadi seħħ fuq talba tal-President tal-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina, l-eks Ministru Reno Calleja

Wara diskussjonijiet, fis-6 ta Gunju li għadda, Calleja kellu laqgħa mas-Segretarju Parlamentari ghall-Isports Clifton Grima dwar dan l-avveniment storiku.

Ix-xewqa ta' Callleja hi li fi żmien li ġej, dawn l-Olimpjadi jsiru f'Malta wkoll.

More in Sports