Intervista Lokali Barranin

Valletta jegħlbu lil Pembroke A. bla tbatija

Pembroke A.................0      Valletta.........................3

Cristian Muscat / 3 ta' Diċembru 2016 19:09
ritratt: Christine Borg
Pembroke - A. Calleja Cremona, Eboh, Djeljilj, Barbetti, Levnaic, Bugeja (Borg 70'), Attard (Mariano 64'), Akuto, Eddin Arab, Shola Shodiya Haruna, Scozzese

Valletta - Bartkus, Caruana, Camilleri, Malano, Mifsud (Dimech 88'), J. Borg (Cremona 70'), Falcone, Pani, Aguirre, Benites Da Conceicao (Fenech 82), Pericles Romao

Referi - Clayton Pisani

Valletta għelbu lil Pembroke Athleta bla tbatija bl-iskor ta' 3-0. Il-Beltin fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta xutt ta' Federico Matias Falcone ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, u mir-rebound daħal tajjeb il-captain tat-tim nazzjonali, Michael Mifsud li tefa' l-ballun fix-xibka. Pembroke Athleta rrispondew fit-23 minuta permezz ta' freekick insidjuż tal-plejer mil-Maċedonja, Asani Djeljilj, li ġie newtralizzat mill-goalkeeper miI-Litwanja ta' Valletta, Dziugas Bartkus.

Valletta reġgħu ħolqu l-periklu erba' minuti biss wara u kienu sfortunati li ma rduppjawx l-iskor meta xutt b'saħħtu minn ġol-kaxxa ta' Jhonnattann Benites Da Conceicao, stampa mal-mimduda. Il-Beltin komplew fuq l-offensiva u man-nofsiegħa logħob, Jhonnattann Benites Da Conceicao, għadda tajjeb lejn Federico Matias Falcone li minn quddiem Matthew Calleja Cremona ra lill-istess goalkeeper ta' Pembroke Athleta isalva tajjeb minn mal-art.

Fit-58 minuta freekick tal-ispeċjalista Jhonnattann Benites Da Conceicao għal Valletta ġie salvat tajjeb minn Matthew Calleja Cremona. Valletta rduppjaw l-iskor fis-76 minuta permezz ta' freekick ċentrali mill-isbaħ ta' Santiago Malano, bil-ballun jaħbat maż-żewġ lasti qabel intemm ġewwa. Il-Beltin skorjaw it-tielet gowl fit-82 minuta permezz ta' freekick mill-isbaħ mil-lemin ta' Leandro Aguirre, li ma ta l-ebda ċans lil Matthew Calleja Cremona. 

Cristian Antony Muscat huwa ġurnalist sportiv li jispeċjalizza fil-futbol. Ilu f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar 5 snin. Kien kummentatur f'diversi logħbiet prinċipali tal-futbol fosthom dawk mill-UEFA Champions League kif ukoll tal-waterpolo, handball u futsal. Għandu għal qalbu ħafna l-isports hekk kif jarah bħala mezz ewlieni li jgħin lill-bniedem biex jiskopri dejjem iktar lilu nnifsu.
Segwina fuq Facebook