Lejn id-debutt ta’ Luxol fil-UEFA Futsal Cup

It-tim u l-amministrazzjoni ta’ Luxol St Andrews Futsal Club
It-tim u l-amministrazzjoni ta’ Luxol St Andrews Futsal Club

Wara xahar sħiħ u intensiv ta’ taħriġ, Luxol St. Andrews Futsal huma ppreparati biex jilqgħu l-isfida l-kbira fil-UEFA Futsal Cup.

Luxol se jkun tim b’saħħtu magħmul minn tmien eks plejers ta’ Balzan Futsal, flimkien ma’ dawk li kienu diġà ma’ Luxol u l-akkwisti l-ġodda ta’ Zvezdan Vukovic minn Msida SJ u Vanderlei Augusto minn Barletta Calcio a 5.

It-tim huwa mmexxi mill-plejer kowċ Frane Despotovic, megħjun minn Celino Alves u Florin Anton, bil-captain li għal dan l-istaġun se jerġa’ jkun William Barbosa.

L-iskwadra hi kumplimentata wkoll b’Alberto Arribas Bueso bħala kowċ tal-goalkeepers, Joseph Buttigieg bħala l-Masseur, Charles Zahra bħala Infemier u Noel Briffa bħala l-Kit Maniġer.

Waqt konferenza stampa fis-sede tat-tim ta’ Luxol f’St. Andrews, l-amministrazzjoni ta’ Luxol Futsal magħmula miċ-Ċermen Joseph Aquilina, il-President Mario Vella, il-Viċi President Josè Da Silva, il-President Onorarju George Xuereb, id-Direttur Sportiv Nathaniel Jones u l-Konsulent Legali Adrian Attard urew il-fiduċja u s-sodisfazzjon sħiħ fl-iskwadra.

Il-grupp kollu ta’ Luxol Futsal huwa konxju mill-qawwa Taljana ta’ Pescara, però fi kliem Frane Despotovic u Mario Vella, it-tim se jilgħab biex jirbaħ it-tliet logħbiet kollha skedati bejn l-Erbgħa 26 u s-Sibt 29 ta’ Awwissu, fil-Kumpless Sportiv ta’ La Vella f’Andorra.

Preżenti wkoll għal din il-konferenza stampa, kien hemm il-President tal-Futsal Malta Association il-Perit Mark Borg, li filwaqt li awgura kull suċċess lil Luxol Futsal, esprima x-xewqa tiegħu li t-timijiet l-oħra tal-futsal lokali juru l-istess passjoni għal dan l-isport.

It-tim ta’ Luxol li se jħalli Malta nhar il-Ħadd tard filgħaxija se jkun magħmul minn:

Reuben Grech

Adrian Attard

Frane Despotovic

Florin Anton

Celino Alves

William Barbosa

Carlo Scicluna

Zvezdan Vukovic

Vanderlei Augusto

Mark Zammit

Karl Saliba

Carl Azzopardi

Matthew Attard

Glenn Bonello

Luxol se jkollhom l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ fil-Kumpless Sportiv ta’ Andorra nhar it-Tnejn filgħaxija.

L-Erbgħa fis-6pm jilagħbu kontra Pescara Calcio, il-Ħamis fit-8:30pm jilagħbu kontra FC Encamp u s-Sibt fis-6pm jilagħbu kontra JB Futsal Gentofte.

More in Sports