Nadur relegati għat-tieni diviżjoni

u multa ta' €4000 wara li nstabu ħatja ta' korruzzjoni

Nadur Youngsters ġew relegati għa-Tieni Diviżjoni Għawdxija u mwaħħla multa ta' €4,000 wara li nstabu ħatja mill-MFA b'korruzzjoni fi Frar li għaddha. Żewġ plejers ta’ Xewkija Tigers kixfu żewġ persuni li ppruvaw jixtruhom u li wieħed minn dawk li għamel din l-azzjoni kien Anthony Portelli li kien is-segretarju ta’ Nadur. Anthony Portelli hu sospiż għal għomru minn kull attivita tal-Football.

Nadur Youngsters għadhom jistgħu jappellaw minn din id-deċiżjoni.

Din se tkun daqqa ta' ħarta għal Football Għawdxi għax nadur hu wieħed mill-aktar teams kompettitivi fil-kampjonat Għawdxi u wieħed mill-aktar clubs li jġorru supporters magħhom flimkien max-Xewkija Tigers.

More in Sports