Birkirkara jirbħu l-FA Trophy u jħassru ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Hibernians

Hibernians...............0

Birkirkara.................2

Birkirkara rebħu l-ħames FA Trophy fl-istorja tagħhom, meta b’wirja mill-aqwa għelbu liċ-champions, Hibernians, bl-iskor ta’ 2-0, biex nistgħu ngħidu ħassru ċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-Kampjonat BOV Premier lil Hibernians.

L-ewwel minuti tal-ewwel taqsima kienu ferm kwieti bl-ewwel azzjoni denja ta’ nota tasal biss fid-29 minuta, li kienet propju l-azzjoni li waslet għall-goal rebbieħ ta’ Birkirkara. 

Kien freekick mogħti b’mod perfett minn Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma, bil-ballun jispiċċa għand id-difensur versatili Arġentin, Maurico Matias Latini Mazzetti,  li b’mod akrobatiku tefa’ wara Henry Bonello, biex skorja t-tieni goal tiegħu ma’ Birkirkara matul dan l-istaġun, fost il-ferħ tal-eluf ta’ partitarji Karkariżi preżenti fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.  

Fit-53 minuta freekick ta’ Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma għadda ftit għoli mil-lasti difiżi minn Henry Bonello. Hibernians irrispondew fit-62 minuta permezz ta’ xutt ta’ Clayton Failla minn barra l-kaxxa li ġie milqugħ minn mal-art minn Justin Haber. 

Seba’ minuti biss wara Hibernians irduppjaw l-iskor meta Joseph Zerafa baqa’ jinsisti fuq il-linja leminija, huwa għadda kross preċiż lejn Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma, u wara żball tad-difensur internazzjonali mill-Guinea Ekwatorjali, Rui da Gracia Gomes, li naqas li jikklerja, il-ballun spiċċa għand il-midfoeleder Braziljan, li tefa’ ġewwa, biex nistgħu ngħidu aċċerta r-rebħa għall-Istripes. 

U maħsuda minn dan il-gowl, il-Pawlisti kienu għoddhom sofrew goal ieħor, minuta biss wara iżda t-tentattiv mill-viċin ta’ Paul Fenech stampa mal-wieqfa, bid-difiża ta’ Hibernians tikklerja l-ballun ’il bogħod minn kull periklu. 

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, ppreżenta t-Tazza tal-FA Trophy, li għal din is-sena kienet sponsorjata mid-ditta Taljana Attian, lill-captain ta’ Birkirkara, Paul Fenech.

Hibernians - Bonello, Lima, De Gracia Gomes (Rajic 73’), Soares, Dias (Mbong 83’), Cohen, Kristensen, Bezzina, Agius, Failla, Da Silva Pereira 

Birkirkara - Haber, Z. Muscat, Vukanac, Latini Mazzetti, Zerafa, Fenech, Ledesma (Sciberras 90’), Herrera, R. Muscat, Camenzuli (Costa Morais 65’), Scicluna (Bissi da Silva 74’) 

Referee Andrè Arciola

Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma

Twieled fil-31 ta’ Diċembru 1982 fil-Brażil, u għandu 32 sena

Kien l-aħjar player fil-ground f’din il-finali

Ingħaqad ma’ Birkirkara f’Ġunju tas-sena li għaddiet mingħand Ethnikos Achna FC

Jilgħab f’nofs il-ground

More in Sports