Żjara ta’ suċċess għal Iván Ramiro Córdoba f’Malta

Enter article standfirst...

Ivan Ramiro Cordoba jippoża bil-medalji tat-Tripletta, flimkien mal-membri tal-kumitat tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta
Ivan Ramiro Cordoba jippoża bil-medalji tat-Tripletta, flimkien mal-membri tal-kumitat tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta
Ivan Ramiro Cordoba, flimkien mal-membri tal-kumitat tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta waqt ikla li saret f’lukanda ewlenija fil-Mellieħa
Ivan Ramiro Cordoba, flimkien mal-membri tal-kumitat tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta waqt ikla li saret f’lukanda ewlenija fil-Mellieħa

L-Inter Club PUPI Zanetti Malta organizzat numru ta’ attivitajiet b’risq il-Fundación Colombia te quiere ver, li hija organizzazzjoni bla profitt maħluqa minn inizjattiva ta’ Ivan Córdoba, eks player ta’ Inter, li kien prezenti għal dawn l-attivitajiet flimkien ukoll mal-eks plejer ieħor ta’ Inter, Felice Natalino. 

Il-Fondazzjoni tippromwovi u tappoġġja programmi ta’ saħħa, edukazzjoni u sports, speċjalment immirati lejn l-aktar tfal fil-bżonn gewwa l-Kolombja. Ġie organizzat kamp ta’ taħriġ ta’ ġurnata, fejn ingħatat opportunità lit-tfal Maltin li jitgħallmu ħiliet bażiċi fil-futbol fil-grawnd mal-eks stilla tal-futbol internazzjonali.

 Iván Ramiro Córdoba lagħab 324 partita uffiċjali u skorja 15-il gowl għal FC Internazionale. Barra minn hekk kien ukoll il-viċi captain tat-tim. Córdoba rrappreżenta wkoll lil pajjiżu, il-Kolombja 73 darba u serva wkoll bħala captain. 

Fil-karriera spettakolari tiegħu, huwa rebaħ is-Serie A 5 darbiet, 4 Coppa Italia, 4 Supercoppa Italiana, UEFA Champions League u Tazza tad-Dinja tal-Clubs bejn l-2005 u l-2010. L-uniku suċċess tiegħu mal-Kolombja kienet ir-rebħa tal-Copa America fl-2001, fejn il-Kolombja kisbet rebħa ta’ 1-0 fuq il-Messiku, b’goal ta’ Córdoba nnifsu.

 Waqt iż-żjara tiegħu ġew organizzati ukoll Gala Dinner u VIP Lunch, fejn il-partitarji Interisti Maltin iltaqgħu u tkellmu ma’ Cordoba nnifsu, kif ukoll kellhom l-opportunità li jieħdu ritratt bħala tifkira ma’ dan l-eks leġġenda Interista, kif ukoll ritratt mal-medalji mirbuħa mill-Kolumbjan fis-sena tat-tripletta nerazzurra. 

More in Sports