“Se ngħin lil Tarxien Rainbows jilħqu l-għanijiet tagħhom” – Ishmael Grech

Ishmael Grech jippoża bil-flokk ta’ Tarxien Rainbows, wara li ngħaqad magħhom lejn l-aħħar ta’ Jannar li għadda
Ishmael Grech jippoża bil-flokk ta’ Tarxien Rainbows, wara li ngħaqad magħhom lejn l-aħħar ta’ Jannar li għadda

Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Jannar, id-difensur ta’ 23 sena Ishmael Grech ingħaqad b’mod uffiċjali ma’ Tarxien Rainbows. F’kummenti li għadda lil dan il-ġurnal huwa saħaq li:

“Qed inħares lejn din l-esperjenza bħala sfida ġdida fil-karriera tiegħi. L-għan tiegħi huwa dak li nilgħab u nerġa’ nistabilixxi ruħi fil-Premier kif kont mal-Mosta matul l-istaġun 2013/14. 

Nixtieq ngħid li l-klabb ta’ Tarxien Rainbows laqagħni b’idejh miftuħa u ħassjetni mal-ewwel komdu fl-atmosfera li sibt ruħi fiha. 

Nixtieq ngħid ukoll grazzi kemm lill-kowċ Clive Mizzi kif ukoll lill-kumitat tal-fiduċja li wrew fija u se nagħmel minn kollox biex ngħin lil Tarxien Rainbows jilħqu l-għanijiet tagħhom,” temm jgħid Ishmael Grech. 

More in Sports