“Minkejja li kienet diffiċli biex nitlaq lil Pembroke Athleta, ninsab kuntent bid-deċiżjoni u nittamaw li l-futur ikun wieħed sabiħ ma’ Floriana” – Matthew Calleja Cremona

Matthew Calleja Cremona jiddefendi l-lasti ta’ Floriana b’mod prolifiku
Matthew Calleja Cremona jiddefendi l-lasti ta’ Floriana b’mod prolifiku

Nhar il-Ħamis 29 ta’ Jannar tħabbar b’mod uffiċjali li l-goalkeeper internazzjonali ta’ taħt il-21 sena, Matthew Calleja Cremona kien ingħaqad b’self sa tmiem l-istaġun mingħand  Pembroke Athleta għal ma’ Floriana. 

Dan jindika qabża fil-kwalità għall-istess goalkeeper hekk kif issa Calleja Cremona se jkun qed jilgħab fil-Kampjonat Premier li huwa diviżjoni ogħla mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Dan il-ġurnal iltaqa’ ma’ Matthew Calleja Cremona nnifsu fejn f’kummenti li għadda lil dan il-ġurnal, huwa saħaq li: 

“Id-deċiżjoni li nitlaq lil Pembroke Athleta kienet ferm diffiċli minħabba diversi raġunijiet. L-iktar punti ewlenin huma li Pembroke qegħdin tant għal qalbi minħabba diversi memorji u li ftit kienu dawk li rnexxielhom jitilgħu minn Third Division għall-Premier mal-istess klabb u barra minn hekk kelli relazzjoni tajba hafna mal-plejers u kowċis.

Però ppruvajt inkun realistiku u nħares lejn is-sitwazzjoni b’tali mod li t-team tiegħi xorta se jibqa’ jilgħab b’goalkeeper tajjeb li huwa Andrea Cassar. 

Allura, hija opportunità tajba biex nipprova nieħu ċ-aċns li nagħmel pass ’il quddiem li tista’ tagħmel effett pożittiv fuq il-karriera tiegħi. Il-klabb li ngħaqadt miegħu b’self sal-aħħar tal-istaġun, Floriana FC, għandu storja verament interessanti, struttura tajba u grupp ta’ players żgħażagħ li nemmen li kapaċi ningwalaha magħhom. 

Minkejja li kienet diffiċli biex nitlaq lil Pembroke Athleta, ninsab kuntent bid-deċiżjoni u nittamaw li l-futur ikun wieħed sabiħ ma’ Floriana,” temm jgħid Matthew Calleja Cremona.

Memorji li l-iktar  jibqgħu għal qalb Matthew Calleja Cremona ma’ Pembroke Athleta:

  • U15’s Promossi għal Section A (Champions)
  • U15’s Knock-Out Finalisti
  • U17’s Promossi għal Section A (Champions)
  • U19’s Promossi għal Section B (Champions)
  • U19’s Promossi għal Section A
  • U19’s Knock-Out Champions 
  • Seniors Champions tat-Tielet Diviżjoni 
  • Seniors Promossi għall-Ewwel Diviżjoni

More in Sports