Cordoba jżur tournament tal-futbol fl-Imqabba

L-Onorevoli Chris Agius jindirizza konferenza stampa li fiha kien preżenti wkoll l-eks plejer leġġendarju ta’ Inter, Ivan Ramiro Cordoba
L-Onorevoli Chris Agius jindirizza konferenza stampa li fiha kien preżenti wkoll l-eks plejer leġġendarju ta’ Inter, Ivan Ramiro Cordoba

“Plejers bħal Ivan Cordoba jagħtu lit-tfal tagħna dimensjoni oħra tal-isport.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Chris Agius waqt tournament tal-futbol organizzat mill-Imqabba FC Youth Nursery u li għalih attendew Ivan Cordoba u Felice Natalino.

Għall-eks plejer ta’ Inter, Ivan Cordoba, din hija t-tielet darba li qiegħed f’pajjiżna. Huwa faħħar l-inizjattivi bħall-Maratona bir-Roti. Huwa aċċenna għall-fondazzjoni li waqqaf huwa li tgħin lit-tfal vulnerabbli fil-Kolumbja. Preżenti wkoll kien hemm Felice Nataline, eks plejer ta’ Inter, li ta’ 20 sena sar jaf li għandu kundizzjoni f’qalbu, bil-magna tal-AED tgħinnu jibqa’ ħaj f’każ ta’ attakk.

L-għan ewlieni tat-tournament kien li jinġabru fondi għall-inizjattiva tal-Maratona bir-Roti organizzata mill-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca. Minbarra t-tim tal-Imqabba fit-tournament ħadu sehem ukoll in-nurseries ta’ Ħal Għaxaq, Tarxien Rainbows, Marsaxlokk, Siġġiewi, Qormi u l-Justin Haber Football Academy. 

More in Sports