L-eks referee Joe Cassar Naudi sellem lid-dinja fl-eta ta' 89 sena

Kien il-fundatur tal-Malta Table Tennis Association

Is-Sur Cassar Naudi waqt l-MFA Awards
Is-Sur Cassar Naudi waqt l-MFA Awards
Linesman fil-partita bejn Marsa u Juventus
Linesman fil-partita bejn Marsa u Juventus

Joe Cassar Naudi, magħruf ferm bħala 'iż-żebra' minħabba l-ħeffa kbira li kien jiġri meta jirreffja, imsemmi li dejjem kien ikun maġenb l-azzjoni ta' logħba futbol, miet fl-eta venerabbli ta' 89 sena dalgħodu. Cassar Naudi li hu ikona tar-referees Maltin kien irreffja anke partita mill-kampjonat Ewropew tal-1964 u kien ukoll il-fundatur tal-Malta Table Tennis Association wara li rtira minn referee. Kien ukoll president tal-Malta Referees Association u għamel xi żmien bħala sindku tal-Imsida bejn l-1994 - 1997.

 

More in Sports