Nadur jgħidu li t-tnejn ħatja ta' korruzzjoni għamlu dan minn jeddhom

Nadur keċċew lis-segretarju mill-kumitat

Nadur Youngsters ħarġu stqarrija mmedjata wara li s-segretarju Anthony Portelli mill-club tagħhom u raġel ieħor instabu ħatja li ppruvaw jixtru player tax-Xewkija lejlet il-partita ta' bejn Nadur u Xewkija mirbuħa minn Xewkija bli skor ta' 1-0. 

Nadur jistqarru li huma ma kinux involuti bħala club fil-każ ta' korruzzjoni. L-istqarrija minn Nadur tgħid hekk:

B'referenza ghall-kaz ta' attentat ta' Korruzzjoni li gie deciz illum fil-konfront ta' ufficcjal tal-Club ta' Nadur Youngsters u persuna ohra, il-Club jiddikjara:

1. Illi ma kien involut bl-ebda mod f'dan il-każ u jekk seħħ dan l-attentat dan sar mill-individwi minn jeddhom u bla ebda konsapevolezza tal-Club.

2. Illi il-Club filwaqt li jiddisassoċja minn kull tip ta' azzjonijiet illegali, jikkundanna kull attentat li seta' sar biex jigi influwenzat ir-riżultat ta' xi logħba.

3. Illi l-uffiċċjal involut tneħħa b'mod immedjat mill-Kumitat. 

4. Illi ser ikompli jaħdem biex iżomm il-logħba tal-football nadifa, joffri l-aħjar ambjent lit-tfal u żgħażagħ msieħba fil-Club u jżomm l-isem mill-aqwa li dejjem kellu l-Club.

Fis-sigħat li ġejjin ser ikun qed jitlaqqa' l-kumitat biex jiġi deċiż x'passi għandhom jittieħdu f'din is-sitwazzjoni.

More in Sports