Matthew Zammit jirbaħ l-unur tad-Diviżjoni Premier

Sean Xerri de Caro bl-Unur tal-Ewwel Diviżjoni tal-Waterpolo

Matthew Zammit u Sean Xerri de Caro bit-trofew tal-unur prestiġjuż tal-BOV Waterpolo Plejer tas-Sena għad-Diviżjoni Premier u tal-Ewwel Diviżjoni rispettivament
Matthew Zammit u Sean Xerri de Caro bit-trofew tal-unur prestiġjuż tal-BOV Waterpolo Plejer tas-Sena għad-Diviżjoni Premier u tal-Ewwel Diviżjoni rispettivament

Il-captain ta’ San Ġiljan, Matthew Zammit huwa l-BOV Waterpolo plejer tas-sena. Il-plejer Xellugi kellu sena memorabbli fil-kamp internazzjonali vejn ġie vvutat l-aqwa plejer tat-tournament fl-EU Nations Cup li ntlagħbet f’Limerick, l-Irlanda kif ukoll fil-Commonwealth Waterpolo Championships. Dan l-aħħar ġie wkoll imsemmi MVP fil-Malta International Waterpolo Cup.

Sean Xerri de Caro, ta’ 19-il sena, li l-aħħar staġun kien misluf minn Neptunes lil Marsaxlokk huwa l-plejer tas-sena tal-ewwel diviżjoni. Sean kien pedina importanti kemm għal Marsaxlokk kif ukoll tat-tim tan-Neptunes ta’ taħt l-20 sena.

Anthony Scicluna, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej tal-BOV Plejers tas-Sena tad-diviżjoni rispettivi lil Zammit u Xerri de Caro waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-Aquatic Sports Association of Malta fil-preżenza tal-President Joe Caruana Curran.

More in Sports